Dubai, UAE, 01 ta’ Novembru – Emirates illum ħabbret ir-ritorn tal-My Emirates Winter Pass. Mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024, My Emirates Winter Pass jippermetti lill-klijenti jużaw il-karta tal-imbark tagħhom biex igawdu skontijiet esklussivi f’ristoranti, spas lussużi, ħwienet rinomati, pixxini u bajjiet privati, u aktar, madwar Dubaj u l-UAE.
Il-klijenti tal-Emirates li jtiru lejn jew minn Dubaj jistgħu sempliċement juru l-karta tal-imbark tagħhom u forma valida ta’ identifikazzjoni biex jibbenefikaw minn offerti inkredibbli għal uħud mill-akbar attrazzjonijiet għall-familja inkluż At The Top Burj Khalifa, Aquaventure waterparks f’Atlantis The Palm, IMG Worlds of Adventure, Dubai Parks & Resorts, City Sightseeing u ħafna aktar.
Jekk għamilt online check-in u għandek il-karta tal-imbarkazzjoni fuq l-Emirates App jew Wallet, ftakar li tieħu screenshot biex tippreżentaha meta żżur dawn il-postijiet peress li din ma tibqax tidher fl-apps tiegħek ladarba tkun inżilt mill-ajruplan.
Biex tara l-offerti kollha tal-My Emirates Pass, jekk jogħġbok żur https://www.emirates.com/english/experience/my-emirates-pass/
Ħu vantaġġ mix-xemx tax-xitwa f’Dubaj
B’temp glorjuż u mijiet ta’ offerti inkredibbli, dan huwa l-aħjar żmien biex tkun f’Dubaj. Kemm jekk qed issegwi avvenimenti sportivi ewlenin bħall-Kampjonat DP World Tour f’Novembru li ġej, sad- Dubai Shopping Festival f’Diċembru, hemm xi ħaġa għal kull vjaġġatur meta wieħed iżur Dubaj din ix-xitwa. Minn bajjiet sbieħ u attivitajiet relatati ma’ wirt kulturali, sa faċilitajiet ta’ ospitalità u divertiment mill-aqwa, Dubaj toffri varjetà ta’ esperjenzi ta’ klassi dinjija.
Dubai Shopping Festival
Żur ix-Shopping Festival ta’ Dubai biex tgawdi saħansitra minn aktar offerti u roħs. Mit-8 ta’ Diċembru 2023 sal-14 ta’ Jannar 2024, dan il-festival huwa kkaratterizzat minn extravaganza ta’ xiri u divertiment tal-familja. Agħmel użu mill-allowance tal-bagalji tal-Emirates biex tieħu x-xiri tiegħek id-dar. Waqt li tkun f’Dubaj, uża l-karta tal-imbark tal-Emirates biex tgawdi minn offerti esklussivi f’ristoranti, spas, pixxini, attrazzjonijiet tal-familja u aktar.
Esplora Dubai bl-Emirates
Dubai toffri abbundanza ta’ għażliet għal kull min qed ifittex li jesperjenza ix-xemx tax-xitwa. Dawn ivarjaw minn mumenti sereni ta’ rilassament ħdejn il-pixxina għal esperjenzi tal-familja f’parks. Tkun xi tkun il-preferenza tiegħek, dejjem hemm xi ħaġa x’tagħmel f’Dubaj.
Emirates Holidays: Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw il-vaganza tagħhom f’Dubaj permezz tal-Emirates Holidays. Dawn jinkludu għażliet ta’ prenotazzjoni flessibbli, filwaqt li għal aktar serħan tal-moħħ, it-tim dedikat ta’ 24/7 On Holiday Service tal-Emirates Holidays ikun disponsibbli għall-klijenti.
Skywards partners: Il-membri tal-programm ta’ lealtà tal-Emirates, Skywards, jistgħu jiggwadanjaw iktar ‘Miles’ permezz tal-infiq tagħhom fi ħwienet fl-UAE matul iż-żjara tagħhom, u jsarrfu dawn il-‘Miles’ għal biljetti tal-ajru, upgrades, kif ukoll kunċerti u avvenimenti sportivi. Sir af aktar dwar l-Emirates Skywards hawn: https://www.emirates.com/english/skywards/.
L-Emirates toffri titjiriet lejn Dubai minn aktar minn 130 destinazzjoni madwar id-dinja, mifruxa f’sitt kontinenti.
Għal aktar informazzjoni, żur https://www.emirates.com/mt/english/. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online, mill-call centres u l-uffiċċji tal-Emirates, permezz tal-aġenti tal-ivvjaġġar jew permezz tal-aġenziji tal-ivvjaġġar online.