Hekk kif ilbieraħ Emma Muscat u l-kontinġent Malti ħallew pajjiżna lejn Turin, illum wara nofsinhar il-kantanta għamlet l-ewwel prova tagħha fuq il-palk tal-Eurovision fil-Palo Olimpico f’Turin l-Italja.
@eurovision Giving us all the sparkles ✨🎹🇲🇹 @EmmaMuscat used her piano skills and, of course, her vocal skills during the first rehearsal at #Eurovision #Eurovision2022 #EurovisionTikTok
♬ original sound – Eurovision

F’din il-prova wieħed seta’ jara lill-kantanta ssaħħar l-arena bil-vuċi tagħha filwaqt li kienet akkumpanjata minn erba’ żeffiena. Hija mistennija tagħmel it-tieni prova tagħha nhar il-Ħamis li ġej.

Ftit qabel ma’ ħalliet Malta hija qalet li tispera li tagħmel lin-nies kburin u li se tkun qed tiddedika l-kanzunetta lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Emma se tkun qed tieħu sehem bil-kanzunetta ‘I Am What I Am’ u se tkanta fit-tieni semifinali tal-Ħamis 12 ta’ Mejju.
Fl-aħħar sigħat hija ħarġet ukoll verżjoni akustika ta’ din il-kanzunetta.