Saturday, December 14, 2024

Enemalta tkompli żżid ir-riżorsi sabiex tassisti lill-konsumaturi tagħha waqt din il-heatwave

Aqra wkoll

Enemalta qiegħda tkompli żżid ir-riżorsi sabiex tassisti lill-konsumaturi tagħha li ġew affettwati b’interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku kawża tal-ħsarat fin-network ikkawżati mit-temperaturi għoljin waqt din il-heatwave.

Għal lejl ieħor diversi lokalitajiet kienu mingħajr provista tal-elettriku. Konsegwenza ta’ dan diversi ħwienet u supermakets kellhom ibattlu kollox.

Il-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi f’partijiet minn Ħad-Dingli, Mdina, Rabat, Mtarfa, Ta’ Qali, Kalkara, Birgu u Bormla f’Malta u Żebbuġ, Xagħra u Nadur f’Għawdex ser tingħata lura mal-ġurnata hekk kif jitlestew it-tiswijiet li għaddejjin fuq il-cable ta’ taħt l-art.

F’ħafna minn dawn l-interruzzjonijiet, l-enġiniera u t-tekniċi tal-kumpanija reġgħu lura l-provvista lill-konusmaturi affettwati fi żmien qasir, billi użaw konnessjonijiet alternattivi fl-istess żona.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, is-Sur Jonathan Cardona, qal li l-Enemalta qed talloka ammont signifikanti ta’ riżorsi addizzjonali u tissapportja lit-tim tekniku tagħha biex jissewwew fl-iqsar żmien possibbli dawn il-cables li esperjenzaw ħsarat. Dan sabiex jerġa’ jkun hemm iktar flessibilità u reżiljenza fin-network ta’ distribuzzjoni.

Enemalta qiegħda tuża sistema ta’ notifiki permezz ta’ SMS biex iżżomm konsumaturi li huma rreġistrati aġġornati fuq ħsarat u tiswijiet li jaffettwaw il-provvista tal-elettriku tagħhom. Il-pubbliku jista’ jirreġistra għal dan is-servizz billi jibgħat SMS fuq in-numru 79052492, bin-numru tal-karta tal-identità.

Ekonomija

Sport