Saturday, May 4, 2024

F’Nofsinhar tkejlet temperatura medja ta’ 48°C fix-xemx!

Aqra wkoll

It-temperatura fil-gżejjer Maltin baqgħet tiela’ ‘l fuq hekk kif skont is-sit Aġġornament tat-Temp f’Nofsinhar tal-lum tkejlet temperatra ta’ 48°C meta mkejla fix-xemx.

L-Aġġornament tat-Temp jirraporta li b’din biss għandha titqajjem kuxjenza ta’ kemm bħalissa t-temp huwa kiefer. Din hija mewġa ta’ sħana li ftit rajna bħala, kemm bħala dewmien ta’ ġranet u anke l-umidita kienet daqshekk baxxa.

Jekk dan mhux biżejjed wieħed għandu jistenna nhar it-Tlieta li ġej meta hi prevista ġurnata mill-aktar sħan.

Intant, is-sit l-Aġġornament tat-Temp ikompli jgħid li temperatura daqshekk għolja dejjem iġġib reperkussjonijiet. “Qegħdin naraw ammont ta’ ċpar li qed jifforma madwarna u dan kollu jindika aktar temp sħun kif inhu previst.

Sport