Monday, May 13, 2024

Se jitniedu sett ta’ ritratti li jfakkru t-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali

Aqra wkoll

Kollox jinsab lest biex illejla fil-Barrakka ta’ Fuq se jitniedu sett ta’ 68 ritratt minn madwar Malta u Għawdex biex jitfakkar it-30 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.

Din l-attivita qiegħda tiġi organizzata mill-Assoċċazzjoni tal-Kunsilli Lokali mmexxija mill-President Mario Fava.

Għal attivita tal-lejla ġew mistednin is-Sindki kollha u anke staff tal-istess kunsilli. Apparti dan ġew mistiedna l-Presidenti u membri tal-Kunsilli Reġjonali, kif ukoll l-eks-Presidenti u membri tal-istess kunsilli.

Se jattendu wkoll l-eks-Ministru u Segretarji Parlamentari li tul dawn it-30 sena kienu qegħdin b’xi mod involuti fit-tfassil u l-ħidma tal-istess kunsilli lokali.

Sport