Friday, December 13, 2024

Engerer appuntat id-delegat tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-PE dwar l-Ugwaljanza tal-Ġeneru

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer għadu kif ġie maħtur bħala d-delegat tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq l-ugwaljanza tal-ġeneru, fi ħdan il-Kumitat tal-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew. Huwa ser jifforma parti minn grupp ta’ Membri nkarigati biex jassiguraw li l-ħidma u l-funzjoni tal-Parlament Ewropew, kemm fuq livell ta’ kumitati u anka fid-delegazzjonijiet, ikun tassew inklussiv għall-ġeneri kollha.

Din il-ħatra ta’ Engerer tirrifletti biċ-ċar il-ħidma u l-impenn kontinwu tiegħu lejn l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem – kemm fil-ħidma tiegħu bħala attivist, u kemm fid-diversi riformi fl-ugwaljanza u drittijiet fundamentali f’Malta, li huwa mexxa bħala ċ-ċerpersin tal-Kunsill Konsultattiv ta’ persuni LGBTIQ.

L-Ewroparlamentari Laburista se jkun qiegħed jaħdem ma’ diversi membri oħra fil-Parlamernt Ewropew, u minn kull partit tal-isfera politika, biex jassiguraw li l-proposti u deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew ikunu tassew jindirizzaw b’mod effettiv il-bżonnijiet taċ-ċittadini kollha. Dan il-grupp ser jiffoka speċjalment fuq l-element tal-ġeneru, f’kull pass tal-proċess fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet – kemm fuq livell preparatorju, kemm fid-disinn tal-istrateġiji, u anka fl-implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ din il-politika. Fir-rwol tiegħu, Engerer ser ikun qed jivvaluta kif tista’ tiġi assigurata l-ugwaljanza bejn kulħadd u bl-aqwa mod possibbli, biex fl-aħħar mill-aħħar, nippromwovu ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi eliminata kull tip ta’ diskriminazzjoni.

Mal-ħatra, il-MPE Cyrus Engerer saħaq fuq l-impenn tiegħu lejn l-ugwaljanza, filwaqt li wiegħed biex juża l-irwol ġdid tiegħu bħala pjattaforma biex ikompli jiġġieled favur il-parita’ fil-funzjoni tal-Parlament Ewropew.

‘L-Unjoni Ewropea hija bbażżata fuq l-islogan ‘l-għaqda fid-diversita’. Iżda, biex nipproteġu d-diversita’ f’kull wieħed u waħda minna, l-ewwel irridu nassiguraw l-ugwaljanza. Dan se nwiegħdu fil-ħidma tiegħi bħala d-delegat tas-Soċjalisti u Demokratriċi fuq l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneru.’

Ekonomija

Sport