Tuesday, May 14, 2024

Il-Biblijoteka Nazzjonali tħabbar tibdil temporanju fil-ħinijiet tal-ftuħ

Aqra wkoll

Il-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta li tinsab il-Belt, tixtieq tavża lill-pubbliku li min-nhar it-Tnejn li ġej, 25 t’April, sal-Ġimgħa 29 t’April, mhix se tkun miftuħa għall-viżitaturi bejn it-8:15am u 12:00pm. Dan minħabba li f’dawk il-ħinijiet se jsiru żjarat minn skejjel differenti għall-wirja ta’ Mixjet il-Malti.

Waqt din il-wirja l-istudenti se jkollhom l-opportunità li jagħtu ħarsa lejn dokumenti — fosthom manuskritti u ġurnali — li jittrattaw mill-perjodu ta’ żmien Caxaro sa Aquilina. Permezz ta’ dan, l-istudenti se jkunu jistgħu jifhmu kif il-Malti seta’ jikber u jevolvi matul iż-żmien.

Minkejja dan, l-appuntamenti tar-riċerkaturi mhux ser ikunu affettwati.

Sport