Saturday, December 21, 2024

Engerer fdat mill-ġdid imexxi n-negozjati dwar l-Ambjent fuq il-Waste Shipment Regulation

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer qed jibni isem għalih innifsu u għall-Partit Laburista fl-oqsma tal-ambjent, id-drittijiet ċivili u l-ġustizzja. Hu reġa ngħata l-fiduċja mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi biex jinnegozja l-liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala il-“Waste Shipment Regulation”. 

“Bħala Ewropej ma nistgħux inħarsu li nżommu l-pajjiżi tagħna nodfa u sana filwaqt li nesportaw l-iskart tagħna u l-periklu li dan jista’ jġib miegħu lejn pajjiżi tat-tielet dinja. Apparti li dawn il-pajjiżi għajnuna għandhom bżonn u mhuz esplojtazzjoni, lkoll qed ngħixu fl-istess dinja u l-impatt ambjentali ta’ deċiżjonijiet inaċċettabli bħal dawn hu fuq id-dinja kollha”, saħaq Engerer b’kummenti wara li ngħata l-fiduċja tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew. 

Engerer qal li permezz ta’ dan ir-regolament dwar it-trasport tal-iskart, l-Unjoni Ewrooea għandha tiżgura t-trasparenza u t-traċċabilità ta’ kull negozju bl-iskart fi ħdan l-UE; għandu jitwaqqaf l-esportazzjoni ta’ skart lejn pajjiżi tat-tielet dinja li jikkawża problemi kbar ambjentali, kif ukoll ħsara lis-saħħa umana; kif ukoll tkun ittrattata l-imġieba kontra l-liġi biex ikun żgurat li l-iskart ikun trattat kif meħtieġ lejn ekonomija ċirkolari.

“Dan hu l-mument tal-ambjent. Ma nistgħux naċċettaw li ssir iktar ħsara ambjentali u għandna nieħdu l-passi kollha neċċessarji biex nipproteġu l-pjaneta tagħna”, ikkonkluda Engerer.

Ekonomija

Sport