Thursday, April 25, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien seħħ inċident bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi u Isuzu Elf, li kien qed jinstaq minn Albaniż ta’ 31 sena. Fl-Isuzu kien hemm ukoll żewġ Albaniżi oħra, ta’ 28 sena u 26 sena.

Ir-raġel ta’ 26 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport