Saturday, May 18, 2024

Enrico Scerri u Kirsten Aquilina b’wirjiet tajbin fir-Rumanija

Aqra wkoll

Il-plejers żgħażagħ Enrico Scerri u Kirsten Aquilina fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħadu sehem f’tournament internazzjonali tad-darts fir-Rumanija.

Iż-żewġ plejers, li jilagħbu ma’ Żejtun Laċċi, kellhom wirjiet tajbin fil-kompetizzjonijiet li ħadu sehem fihom fejn saħanistra rnexxielhom javvanzaw aktar rounds. 

Kemm Scerri kif ukoll Aquilina bdew l-impenji tagħhom fil-kompetizzjoni doubles fjen waslu sal-fażi tal-aħħar 32 wara li eliminaw lid-duo Brittaniku Darren Williams u Lee Hunter 3-0. Fil-fażi ta’ wara huma ġew eliminati mill-Belġjani Sybren Gibels u Kevin Van Wauwe 3-1. 

Fit-tieni ġurnata huma pparteċipaw fis-Singles tal-Irġiel fejn Enrico Scerri saħansitra wasal sat-tielet round wara skors pożittivi ta’ 4-2 kontra Maxime Vastnaekel u 4-0 kontra Dorin Ravar. Hu ġie eliminat minn Matthew Dickinson 4-3. Mill-banda l-oħra, Kirsten Aquilina safa’ eliminat mill-ewwel round minn Matthew Dickinson 4-3. 

L-aħħar ġurnata kienet waħda pożittiva għaż-żewġ plejers hekk kif Aquilina avvanza xejn inqas minn ħames rounds wara rebħiet kontra Andrew Gurr (4-3), Dragos Dumitrescu (4-1), Matthew Frazer (4-1), Philip Van Gasse (4-1) u Scott John (4-3). Hu kien eliminat minn Aaron Turner 4-1 fil-fażi tal-aħħar 16.

Sadanittant, Enrico Scerri rnexxielu jasal sat-tielet round ta’ din il-kompetizzjoni wara li rebaħ 4-3 lil Elod Nagy u 4-0 kontra John Wightman għalkemm kien żvinturat fil-logħba kontra Danny Trueman li tilef 4-3. 

Sport