Wara xi ġimgħat rikoverat fi sptar fil-Kanda, il-kantant Enzo Gusman jidher li ħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva.
Xi ġimgħat ilu mart il-kantant esprimiet ir-rabja tagħha għal persuna li xerrdet xniegħa li żewġha kien ħalla din id-dinja.
Hija rribattiet li “Għall-grazzja t’Alla Enzo għadu magħna”. L-għada ta’ din ix-xniegħa dan is-sit kien ikkonferma ma’ Carmen Gusman li hu kien jinsab f’kundizzjoni stabbli u li l-irkupru tiegħu kien se jkun wieħed bil-mod minħabba l-gravità tal-ġrieħi tiegħu.