Friday, April 19, 2024

L-infermiera jistgħu jibqgħu d-dar jekk il-lezzjonijiet ikunu onlajn – L-MUMN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni dwar il-ftuħ tal-iskejjel, kompliet tikkomplika ruħha u dan hekk kif l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ħarġet għadd ta’ direttivi għall-membri tagħha. Fost dawn id-direttivi hemm li l-infermiera membri tagħha jistgħu jibqgħu d-dar ma’ wliedhom f’każ li l-iskejjel jagħlqu jew uħud mil-lezzjonijiet isiru onlajn.

Id-direttivi nħarġu nhar it-Tlieta filgħaxija wara li kien hemm laqgħa mad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq diversi kwistjonijiet u ma ntlaħaqx qbil fuq xi suġġetti li ġew diskussi.

Hija spjegat lill-membri tagħha li jistgħu jibqgħu d-dar ma’ wliedhom għal ħin mhux limitat, b’telf biss tal-allowance tal-Ħdud u tal-festi. Din id-direttiva tapplika wkoll għall-ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali. Id-direttiva ma tgħoddx biss għal membri li għandhom tfal ta’ taħt l-10 snin, imma bi tfal ta’ kull età li jattendu skola primarja, sekondarja jew skola speċjali.

Apparti dan, l-infermiera kollha fl-isptarijiet, id-djar tal-anzjani u ċ-ċentri tas-saħħa ma jridux jagħtu t-tilqima kontra l-influwenza. Dan jgħodd ukoll għall-infermiera li jaħdmu fuq bażi ta’ sahra. Din id-direttiva ġiet deċiża minħabba li t-12-il siegħa żejda VL ittieħdu mid-Diviżjoni tas-Saħħa, u b’hekk, qalet l-MUMN, dawk il-ħaddiema tas-saħħa li jaħdmu xifts ta’ aktar minn tmien sigħat se jibqgħu jiġu ddiskriminati.

Sport