Wednesday, July 24, 2024

Enzo Maresca se jkun is-sitt kowċ Taljan ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Wara Gianluca Vialli, Carlo Ancelotti, Roberto di Matteo, Maurizio Sarri u Antonio Conte, Enzo Maresca se jkun is-sitt kowċ Taljan li Chelsea se jkunu qed jingaġġaw. Hu se jkun qed jiffirma kuntratt twil ta’ sitt snin fejn fih se jipprova jibni l-iskwadra tipika tiegħu filwaqt li jaħdem sabiex fi ftit snin, Chelsea jerġgħu jsiru tim rebbieħ.

Is-sidien Palmer se jkunu qed iġeddu l-fiduċja fih hekk kif l-istess Maresca wassal lil Leicester City lura fil-Premier League Ingliż wara li kellhom iqattgħu l-istaġun f’The Championship.

Maresca se jieħu post Mauricio Pochettino li ftit irnexxa fit-tmun tal-Blues.

Ekonomija

Sport