Sunday, November 24, 2024

Epic tavża lill-klijenti tagħha li jafu jesperjenzaw qtugħ fin-network waqt li jkunu l-Università

Aqra wkoll

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Epic għadha kemm ħabbret li bejn illum, il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju, u l-Ħamis 21 ta’ Lulju li ġej, il-klijenti tagħha jaf jesperjenzaw xi inkonvenjent meta jkunu qed jużaw in-network fuq il-mowbajl waqt li jkunu fil-kampus tal-Università. Dan minħabba li Epic se tkun qed tagħmel xi xogħlijiet sabiex ittejjeb in-network tagħha.

Għaldaqstant, l-impjegati kif ukoll l-istudenti tal-Università li se jkunu fil-kampus huma mħeġġa biex jaqbdu mal-Wi-Fi tal-Università (eduroam) sabiex jevitaw dan l-inkonvenjent. Sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel dan jeħtieġ li jkollu l-username u l-password miegħu.

Għal dawk li jeħtieġu iżjed informazzjoni jew xi tip ta’ assistenza dwar it-titjib tan-network, jistgħu jagħmlu dan permezz tal-live chat fuq is-sit ta’ Epic: https://www.epic.com.mt/.

Sport