Tuesday, December 24, 2024

Erba’ ajruplani Russi jidħlu fl-ispazju tal-ajru Żvediż

Aqra wkoll

Il-Forzi Armati Żvediżi qalu li erba’ fighter jets Russi, tnejn tat-tip SU-27 u tnejn tat-tip SU-24, ittajru fl-ispazju tal-ajru tal-Isvezja fil-Lvant tal-gżira ta’ Gotland fil-Baħar Baltiku.

Dan minkejja l-fatt li l-ispazju tal-ajru Svediż huwa magħluq għall-ajruplani Russi.

“Fl-isfond tas-sitwazzjoni attwali qed nieħdu din is-sitwazzjoni bis-serjetà ħafna,” qal il-Kap tal-Forza tal-Ajru tal-Isvezja Carl-Johan Edstrom fi stqarrija, filwaqt li żied li l-“vjolazzjoni” kienet waħda qasira. Ajruplani Żvediżi ħadu ritratti tal-erba’ jets Russi.

Edstrom żied jgħid li kienu fil-post biex jiżguraw l-integrità territorjali u l-fruntieri Żvediżi, filwaqt li żied jgħid li għandhom kontroll totali tas-sitwazzjoni.

Il-Ministru tad-Difiża Żvediż Peter Hultqvist iddeskriva dan il-ksur fl-ispazju tal-ajru Żvediż bħala kompletament inaċċettabbli.

Ekonomija

Sport