Jadalla Abo Assaf, Libjan ta’ 35 sena residenti San Pawl il-Baħar; Imad Adel Hazory, Sudaniż ta’ 60 sena residenti Birkirkara; Giacomo Farrugia ta’ 42 sena miż-Żurrieq u Goranche Krstovski, Bulgaru ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati dwar ġlieda li seħet f’Paceville fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd u ħalliet tlitt irġiel bi ġrieħi.
Huma ġew akkużati li fit-12 ta’ Mejju li għadda kkaġuna ġrieħi gravi fuq żewġ persuni barranin u ġrieħi ħfief fuq ieħor.
Assaf, Farrugia u Krstovski ġew akkużati wkoll li ħadmu bħala gwardjani mingħajr ma kellhom il-liċenzja meħtieġa.
Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea huma wieġbu mhux ħatja. Il-Qortita l-ħelsien mill-arrest lill-akkużati fuq diversi kundizzjonijiet.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Jurgen Dalli mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Brian Xuereb. Għall-akkużati dehru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri.