Saturday, December 21, 2024

Erba’ immigranti fosthom tifel imutu waqt li kienu qegħdin jaqsmu bejn l-Ingilterra u Franza

Aqra wkoll

Erba’ persuni fosthom tifel ta’ sentejn spiċċaw tilfu ħajjithom hekk kif ipprovaw jaqsmu l-kanal bejn l-Ingilterra u Franza. L-Awtoritajiet Franċiżi qalu li huma sabu l-persuni mejtin ma’ oħrajn li kienu għadhom fuq id-dgħajsa.

Bruno Retailleau, il-Ministru tal-Intern Franċiż sejjaħ dak li qiegħed jiġri bħala “traġedja umana” u sostna li dawk kollha li qegħdin jaqilgħu l-flus biex jgħinu lin-nies jaqsmu “għandhom id-demm ta’ dawn il-persuni fuq idejhom.”

Matul l-aħħar sigħat l-awtoritajiet Franċiżi salvaw 15-il persuna oħra li pprovaw jidħlu fil-pajjiż b’mod illegali. Fosthom kien kien tifel ta’ 5 snin filwaqt li persuna oħra kellha tittiħed fi sptar fi Franza minħabba ħruq li sforiet f’sieqha.

Il-Gvern Ingliż min-naħa tiegħu qal li fl-4 ta’ Ottubru daħlu 395 immigrant illegali fil-pajjiż li kollha waslu fuq dgħajjes żgħar.

S’issa matul din is-sena aktar minn 25,000 persuna qasmu l-kanal bejn l-Ingilterra u Franza. Figuri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Immigranti juru li mill-2018 sa Settembru ta’ din is-sena mietu 194 immigrant.

Ekonomija

Sport