Il-Police Officers Union (POU) fi ħdan il-General Workers Union esprimiet solidarjetà ma’ erba’ Kuntistabbli li lbieraħ filgħaxija sfaw midrubin wara li attendew fuq rapport ta’ vjolenza domestika f’Għawdex.
Il-POU ħeġġet lill-awtoritajiet responsabbli biex jiżdiedu il-pieni għal min iħebb u jweġġa’ pulizija.
Hija tenniet tgħid li dan il-każ huwa eżempju ċar il-għala x-xogħol tal-Pulizija huwa differenti minn ħafna xogħlijiet oħra li ma fihomx dan ir-riskju.