Thursday, April 25, 2024

Erba’ persuni jitressqu l-qorti b’rabta ma’ ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti ta’ Malta, quddiem il-Maġistrat Dr. Caroline Farrugia Frendo LL.D, mara ta’ 39 sena u tfajla ta’ 19-il sena residenti l-Pietà, flimkien ma’ mara u raġel ta’ 64 sena, residenti l-Gżira. 

Huma ġew akkużati talli nhar it-8 ta’ Settembru, 2020 u/jew fis-snin ta’ qabel għamlu atti ta’ ħasil tal-flus billi kkonvertew, trasferixxew u għamlu użu illegali minn propjetà li kienu jafu li nkisbet permezz ta’attività kriminali. Huma ġew akkużati ukoll li aġixxew bħala kompliċi f’reati relatati mal-ħasil ta’ flus. 

It-tfajla ta’ 19-il sena ġiet akkużata wkoll li inġurjat u li heddedt Spettur tal-Pulizija. 

Filwaqt li l-mara ta’ 39 sena ġiet akkużata wkoll li naqset milli tħares numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti. 

L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom, ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lianne Bonello, Ian Camilleri u Danilo Francalanza. 

Sport