Tuesday, December 24, 2024

Erba’ persuni oħrajn ikkundannati għall-mewt fl-Iran għax ipprotestaw

Aqra wkoll

Il-Gvern Iranjan kompla jżid il-miżuri tiegħu biex jikkontrolla lid-dimostranti hekk kif fl-aħħar sigħat Qorti tal-pajjiż ikkundannat erba’ persuni oħrajn għall-mewt għax ipprotestaw.

B’kollox issa min-nhar il-Ħadd li għadda ġew ikkundannati għall-mewt ħames persuni.

Il-Qorti fil-kapitali Tehran sabet persuna ħatja li b’intenzjoni qatel pulizija waqt li kien qed jipprotesta. Sabet raġel ieħor li ta daqqiet ta’ sikkina lil-uffiċjal tas-sigurtà filwaqt li t-tielet ħati nstab ħati li mblokka t-traffiku u ħoloq biża’ bla bżonn.

Skont dak li qed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali, ir-raba’ persuna li se jkun qiegħed jingħata l-piena tal-mewt instab ħati li wettaq attakk b’sikkina nhar it-Tlieta li għadda.

Attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem ikkundannaw dawn is-sentenzi mill-Qorti f’Tehran fejn qal li l-ġuri li għaddew kien wieħed inġust u l-għan kien li l-Gvern jibgħat messaġġ lil dawk li qed jipprotestaw.

“Id-dimostranti ma kellhom l-ebda aċċess għal avukat tal-fiduċja tagħhom u wkoll kien suġġett għal tortura. Huma ntalbu biex jagħtu xhieda falza biex żgur jinstabu ħajtin,” qal Mahmood Amiry-Moghaddam uffiċjal tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Iran.
S’issa jidher li nqatlu 348 persuna li kienu qed jipprotestaw kif ukoll kważi 16-il elf persuna ġew arrestati.

Ekonomija

Sport