Saturday, December 21, 2024

Erba’ players jiġu sospżi wara l-logħba abbandunata bejn il-Brażil u l-Arġentina

Aqra wkoll

Il-FIFA ssospendiet erba’ players tal-Arġentina – tlieta minnhom mill-Premier League – wara li l-partita ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ Settembru kontra l-Brażil ġiet abbandunata talli ma segwewx protokolli tal-logħob internazzjonali.

Emiliano Buendia ta’ Aston Villa u Emiliano Martinez u Cristian Romero ta’ Tottenham ġew sanzjonati u se jitil­fu l-aħħar żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni. Giovani Lo Celso ġie sospiż ukoll.

Il-partita f’Sao Paulo twaqqfet ftit wara li bdiet hekk kif uffiċjali tas-saħħa ħassew li l-players kisru r-regoli tal-kwarantina.

L-intervent drammatiku mill-awtoritajiet Brażiljani li daħlu fil-ground wasal biss ħames minuti mill-bidu tal-logħba ta’ kwalifikazzjoni fil-Corinthians Arena fil-5 ta’ Settembru.

Il-Kumitat Dixxiplinarju tal-FIFA qal li l-partita se terġa’ tintlagħab f’data u post li għandhom jiġu deċiżi mill-korp governattiv dinji tal-football.

Kemm il-Brażil kif ukoll l-Arġentina fadlilhom żewġ logħbiet oħra, iżda diġà kkwalifikaw għall-finali fil-Qatar aktar tard din is-sena.

Wara investigazzjoni, il-FIFA pprojbixxiet lil Buendia, Martinez u Romero, kif ukoll lill-midfielder ta’ Villarreal, Lo Celso, misluf mingħand Tottenham, għal żewġ logħbiet. Dan iwarrabhom mil-logħba li fadlilhom f’darhom kontra l-Venezwela u dik barra minn darhom kontra l-Ekwador.

Ir-regoli Brażiljani f’dak iż-żmien iddikjaraw li kull min kien fir-Renju Unit fl-14-il jum qabel ma jasal fil-pajjiż irid jidħol fi kwarantina għal 14-il jum immedjatament mal-wasla.

L-Assoċjazzjoni tal-Football Arġentina qalet li t-team ikkonforma mal-protokolli kollha tas-saħħa.

Iżda l-FIFA tat multi liż-żewġ pajjiżi għal dan li ġej:

*Kemm l-Assoċjazzjonijiet tal-Football tal-Brażil kif ukoll tal-Arġentina ġew immultati £40,000 wara l-abbandun tal-partita.

*L-FA Brażiljana għandha tħallas multa ta’ £400,000 għal ksur relatat mal-ordni u s-sigurtà.

*L-FA Arġentina għandha tħallas multa ta’ £160,000 għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi relatati mal-or­dni u s-sigurtà, kif ukoll it-tħejjijiet tagħha għall-partita.

Ekonomija

Sport