Tuesday, April 30, 2024

Is-Senegal jitilgħu fit-18-il post fir-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Wara li rebħu l-ewwel titlu tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani fi tmiem il-ġimgħa li għadda, is-Senegal komplew jitilgħu fl-ogħla livell tal-football dinji. Fil-fatt, l-Iljuni ta’ Teranga telgħu fit-18-il post fl-edizzjoni ta’ dan ix-xahar tal-FIFA/Coca-Cola World Rankings. 

Il-Belġju baqgħu fl-ewwel post minkejja l-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja 2022 tant li effettwaw l-aqwa ħames postijiet.

L-Arġentina (4, +1) użat il-waqfa internazzjonali biex ħadet ir-raba’ post mill-Ingilterra (5, -1), wara riżultati impressjonanti fiż-żona tal-Amerika t’Isfel. Il-Belġju (1, mhux mibdul) baqgħu fil-pole position quddiem il-Brażil (2, mhux mibdul) u Franza (3, mhux mibdul).

Minbarra s-Senegal, il-pajjiż Afrikan l-iktar għoli fil-klassifika, il-Kamerun (38, +12), li spiċċaw it-tielet fit-Tazza Afrikana, u l-finalisti, l-Eġittu (34, +11) għamlu l-aktar movimenti sinifikanti fi ħdan l-aqwa 50 tal-klassifika.

Movimenti notevoli oħra kienu l-Kanada (33, +7), bl-iktar post għoli għalihom u l-Ivory Coast (42, +7), bit-tnejn igawdu prestaz­zjonijiet b’saħħithom fiż-żona tal-CONCACAF.

Madankollu, l-akbar qabża ta’ dan ix-   xahar kollu kienet tal-Gambja (125, +25), li telgħu 25 post kortesija tal-mixja tagħhom għall-kwarti-finali fit-Tazza Afrikana.

It-team Malti tela’ skaluna u issa jinsab fil-174 post u fl-Ewropa fil-51 post b’warajh jiġu l-Moldova (181), Liechtenstein (191), Ġibiltá (203) u San Marino (210). 

Sport