Wednesday, July 24, 2024

Erba’ plejers jirbħu r-ranking tournament tal-kategorija tagħhom

Aqra wkoll

Erba’ plejers rebħu r-ranking tournament tal-kategorija rispettiva tagħhom wara wirjiet tajba li kellhom fil-finali.

Fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Owen Cassar għeleb lil Dylan Zammit 9-5 f’logħba li dejjem kien fil-vantaġġ. Hu żamm il-konsistenza tul il-konfront kollu sabiex kiseb dan is-suċċess.

Fil-finali seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Jesmond Schembri ftit sab diffikulta’ sabiex għeleb lil Lee Grima 10-4 filwaqt li bl-istess skor, Edmond Fenech għeleb lil Christ Mills fil-finali Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena.

Finalment fil-Grandmasters Final ta’ ‘l fuq minn 60 sena, Joe Camilleri għeleb l-isfida iebsa li tah Giovanni Calleja 8-5.

Ekonomija

Sport