Saturday, November 16, 2024

Erba’ rġiel imutu f’inċidenti tat-traffiku f’Malta bejn Lulju u Settembru

Aqra wkoll

Bejn Lulju u Awwissu ta’ din is-sena kien hemm erba’ rġiel li mietu f’inċidenti fatali tat-traffiku. Dan ifisser li kien hemm vittma aktar ta’ inċidenti tat-traffiku mill-istess perjodu fl-2019.

L-informazzjoni ppubblikata mill-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika li matul it-tielet kwart ta’ din is-sena t-total ta’ inċidenti kien jammonta għal 3,167, tnaqqis ta’ 24.4% mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

B’kollox kien hemm 66 persuna li sofrew ġrieħi gravi, 35 sewwieq, seba’ passiġġieri, u 24 persuna oħra fosthom ċiklisti.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li sofrew ġrieħi gravi kienu rġiel, li jammontaw għal 65.2%.

Ekonomija

Sport