Thursday, April 25, 2024

Erba’ żagħżagħ jitressqu l-Qorti b’tlieta minnhom jinżammu arrestati fuq pusses ta’ iktar minn 90 qartas ta’ droga

Aqra wkoll

Erba’ żgħażagħ, fosthom tfajla ta’ 14 -il sena tressqu l-Qorti, akkużati bil-pussess ta’ 96 qartas bid-droga.

L-erba’ żgħażagħ, kienu mixlijin b’pussess ta’ droga kokaina u eroina, liema droga nstabet f’tali ċirkustanza li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom. Żewġ żagħżagħ, waħedhom ġew akkuzati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom ponn tal-ħadid u stun gun.

Il-Prosekuzzjoni spejgat li l-Pulizija qabdet liż-żagħżagħ f’roadblock, hekk kif il-karozza li kienet qed tinstaq minn wieħed mill-erba’ żagħżagħ ma kelliex pjanċi tar-reġistrazzjoni.

Minn tfittxija illi saret fuqhom u fil-karozza, instab li kellhom mat-93 qartas droga eroina u kokaina. Fil-karozza nstabet borża tal-plastik trasparenti li kien fiha 41 qartas żgħir ta’ trab abjad.

Huma ġew arrestati minnufih. il-Pulizija sabet. li ġuvni minnhom, instab li kien qed iġorr ponn tal-ħadid u ‘torch-taser’, waqt li ġuvni ieħor nstab fil-pussess ta’ taser.

L-Avukat difensur staqsa għala t-tifla ta’ 14 -il sena ġiet arrestata minkejja li ma nstab li kellha xejn fil-pussess tagħha, bil-Prosekuzzjoni tisħaq li dan sar bħala parti mill-investgazzjoni u li l-Pulizija ma setgħetx ma tinvestigax u tassumi li ma kinitx involuta sempliċiment minħabba l-età tagħha.

L-erba’ żgħażagħ wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom bl-avukati difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest tagħhom, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, bl-argumentat li l-ammont ta’ qratas li kien fihom drogi differenti ma kienx maħsub għall-użu personali.

Il-Magistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ tliet żagħżagħ, flwaqt li laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest lit-tfajla ta’ 14 il-sena fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li tiffirma dabtejn fil-ġimgħa l-Għassa Belt Valletta u tagħmel tajjeb għal dan b’garanzija personali ta’ €5,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Cremona u Sarah Kathleen Zerafa waqt li għall-akkużati dehru l-Avukati Jacob Magri, Matthew Xuereb u Shaun Zammit.

Sport