Monday, May 13, 2024

Liverpool iridu lil Ait Nouri

Aqra wkoll

Liverpool qed isegwu b’attenzjoni l-progress tad-difensur ta’ Wolverhampton Wanderers Raya Ait-Nouri. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u qed jispikka ma’ Wolves tul dan l-istaġun bil-ħiliet difensivi tiegħu.

Kien il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp li ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għalih fejn għalkemm mhux se jibqa’ magħhom, hu jaf li dan hu difensur ta’ kwalita’ li se jservi lit-tim għall-istaġun li ġej.

Nouri hu plejer Alġerin li fil-passat lagaħb ukoll ma’ Angers fi Franza.

Sport