Erbat irġiel, żewġ Indjani u tnejn min-Nepal, ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u se jiġu deportati wara li ammettew li serqu minn stabbiliment fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-każ seħħ fit-18 t’Ottubru u fil-ġimgħat ta’ qabel. L-erba’ rġiel kienu mixlija b’serq, approprjazzjoni indebita ta’ flus fdati lilhom minħabba xogħolhom, kif ukoll bi ħsara kkawżata b’qerq.
Fil-Qorti, l-erba’ imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u kienu kkundannati sentenza ta’ ħabs sospiża.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Kristina Bartolo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Roxanne Tabone.
