Meta kien qed jitkellem f’konferenza stampa qabel il-logħba tal-lum li Manchester United se jilagħbu kontra Fulham, il-kowċ Erik Ten Hag jgħid li għandu relazzjoni professjonali tajba mas-sid Jim Ratcliffe filwaqt li sostna li l-filosofija tiegħu taqbel ma’ dik personali.
Mistoqsi jekk hux qed iħoss xi tip ta’ pressjoni wara xi riżultati negattivi li kellu t-tim, Ten Hag qal li mdorri jkun taħt pressjoni għalkemm xorta qal li dan l-istaġun kellu wkoll il-lat pożittiv tiegħu.
Ten Hag qal li l-objettiv ewlieni se jkun dak li jgħin lit-tim jikkwalifika għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League u jibni tim b’saħħtu għall-istaġun li ġej.