Friday, April 26, 2024

Erik ten Hag jixtieq iżomm lil Cristiano Ronaldo ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-manager il-ġdid ta’ Manchester United, Erik ten Hag, iddeskriva lil Cristiano Ronaldo bħala “ġgant”, u kkonferma li jixtieq iżomm lill-attakkant f’Old Trafford.

Minkejja l-istaġun fqir tal-United, Ronaldo xorta skorja 24 goal fil-Premier League u ċ-Champions League, għalkemm għalaq 37 sena fi Frar li għadda.

B’United u Ten Hag qed jippjanaw reviżjoni tal-iskwadra dan is-sajf, fi stadju wieħed kien issuġġerit li l-fenomenu Portugiż kien se jingħaqad ma’ xi club ieħor.

Sport