Friday, September 13, 2024

Erik Ten Hag se jibqa’ ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Wara bosta ġimgħat ta’ inċer­tezza dwar il-futur tiegħu, il-manager Olandiż ta’ Manchester United, Erik Ten Hag, se jibqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu f’Old Trafford wara reviżjoni ta’ wara l-ista­ġun mill-bord tad-diretturi tal-club.

Huwa mifhum li issa qed jitkellmu ma’ Ten Hag dwar l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu, li wasal biex jidħol fl-aħħar staġun tiegħu. Il-United instigaw ir-reviżjoni tagħ­hom immedjatament wara l-finali tal-FA Cup.

Ekonomija

Sport