Saturday, July 20, 2024

WasteServ tiġbor 51% inqas fliexken tal-plastic fl-2023

Aqra wkoll

Il-kumpanija WasteServ ġabret 51% inqas fliexken tal-plastic fl-2023 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan ħabbritlu l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fil-Parlament meta kienet mistoqsija mid-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit.

Il-Ministru Dalli qalet li l-fliexken tal-plastic (PET) miġbura mill-Wasteserv fl-2023, meta mqabbel mal-2022, jidher li naqsu b’madwar 51% b’effett tal-BCRS u dawk tal-aluminju naqsu b’madwar 56%.

“Is-suq tal-esportazzjoni tal-iskart riċiklabbli huwa suq volatili u fil-fatt il-prezzijiet attwali li qed jiġu offruti huma f’livell baxx ħafna minħabba fatturi esterni, bħal spejjeż għoljin tal-enerġija f’pajjiżi fejn jinsabu l-faċilitajiet finali u żidiet fix-shipping costs.

“Għalhekk filwaqt li t-tnaqqis fid-dħul stmat ma jistax jiġi kwantifikat, tnaqqis fid-dħul huwa inevitabbli peress li inqas plastik u aluminju taħt l-ambitu tal-BCRS qed jispiċċaw fil-borża griża/ħadra,” itemm tgħid l-Ministru Dalli fil-Parlament.

Ekonomija

Sport