Friday, December 27, 2024

Eritjan arrestat u Somalu jeħel il-ħabs fuq pussess ta’ droga f’Paceville

Aqra wkoll

Eritjan ta’ 35 sena residenti l-Marsa inżamm arrestat, filwaqt li Somalu ta’ 30 sena li ma għandu indirizz fiss ġie kkundannat sena u sitt xhur ħabs, wara li tressqu l-Qorti mixlija b’pussess ta’ droga f’Paceville.

Noor Omar Hassa u Miki Abraham Mulu ġew mixlija li lbieraħ kienu qegħdin Paceville u kellhom fil-pussess tagħhom pjanta tal-kannabis. Ingħad ukoll li huma kienu qegħdin miitt metru l’bogħod minn fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Wieħed mill-akkużati kien mixli li kellu froga kokaina fil-pussess tiegħu ġewwa Paceville ukoll. Minn tfittxija illi saret fuqu, irriżulta li nstab fil-pussess ta’ droga ecstasy waqt li l-akkużat l-ieħor kien mixli wkoll li kellu l-kokaina.

Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, l-Eritjan wieġeb li mhuwiex ħatii għall-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat. Dan filwaqt li s-Solamu, wieġeb li huwa ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih u ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat €500.

Ekonomija

Sport