Wednesday, July 24, 2024

Alexandre Lacazette b’offerta mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Il-futur tal-attakkant internazzjonali Franċi,ż Alexandre Lacazette, jista’ jkun ‘il bogħod minn Olympique Lyon minkejja li għad fadallu sena oħra ta’ kuntratt. Skont diversi ġurnali Franċiżi, il-plejer ta’ 33 sena qed jiġi attirat minn xi offerti mill-Arabja Sawdija. Hu ġie kkuntattjat minn diversi timijiet tas-Saudi Pro League li offrewlu salarju vantaġġjuż ħafna.

Lacazette lagħab ukoll ma’ Arsenal filwaqt li deher 16-il darba mat-tim nazzjonali Franċiż.

Ekonomija

Sport