Wednesday, July 24, 2024

Lucas Paqueta mgħajjat mal-Brażil minkejja akkużi ta’ imħatri illegali

Aqra wkoll

Hekk kif it-tim nazzjonali Brażiljan immexxi minn Dorival Junior se jkun qed jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija biex jipprepara għal Copa America li se tintlagħab dalwaqt, dan tal-aħħar sejjaħ l-iswadra li se tkun qed titħarreġ fi Florida.

B’sorpriża ta’ kulħadd, Dorival sejjaħ lill-midfielder ta’ West Ham United, Lucas Paqueta, minkejja li għandu akkużi miġjuba kontrih ta’ imħatri illegali li għamel tul dan l-istaġun.

Bosta sostnew li dan il-plejer għadu innoċenti u għalhekk ma nstabx ħati għal dawn l-istess akkużi. Oħrajn qalu li kieku kienu minflok Dorival ma kinux jirriskjaw li jgħajtulu iktar u iktar meta hemm dawn ix-xnigħat fuqu.

Ekonomija

Sport