Hekk kif Manchester City laqgħu lil Bayern Munich fl-Etihad Stadium fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u rebħu 3-0, l-attakkant internazzjonali Norveġiż Erling Haaland deher bi stil ġdid ta’ xagħar hekk kif ġabru u għamilhom malji żgħar.
Bosta tfajliet ammiraturi ta’ dan il-plejer ikkummentawlu li jidher ferm attraenti b’dan l-istil il-ġdid filwaqt li oħrajn li forsi mhux daqstant jarawh b’għajn tajba, qalu li għamel hekk biex jidher.
Minkejja kollox, Haaland qed ikun ferm tajjeb mat-tim minn Manchester hekk kif skorja 30 gowl f’27 partita.