Monday, July 13, 2026
Home Sport Sheffield United interessati f’iben Ryan Giggs

Sheffield United interessati f’iben Ryan Giggs

0
451

Sheffield United qed jinteressaw ruħhom fil-winger ta’ Manchester United Zack Joseph Giggs. Ovvjament il-kunjom hu wieħed familjari hekk kif dan il-plejer jiġi iben il-plejer leġġendarju Ryan Giggs. 

Zack għad għandu biss 16-il sena iżda qed jipprometti ħafna mat-tim taż-żgħażagħ tar-Red Devils. 

Sadanittant Sheffield United huma lesti li jtuh l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu bit-tama li wkoll jikseb post fl-ewwel tim ftit ftit. 

Sheffield United jinsabu fit-tieni post tal-klassifika ta’ The Championship Ingliż.