Tuesday, April 30, 2024

Erling Haaland jgħaddi mit-testijiet mediċi tiegħu ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Erling Haaland għadda mit-testijiet mediċi tiegħu ma’ Manchester City.

Il-magna tal-goals ta’ Borussia Dortmund mistennija titħabbar bħala player ta’ Man City din il-ġimgħa wara li li llum vvjaġġa lejn ill-Belġju biex jagħmel it-testijiet  mediċi.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena temm it-testijiet fi sptar fi Brussell.

Miegħu ngħaqdu t-tobba ta’ Manchester City, bil-kapitali Belġjana magħżula bħala l-post għall-kura medika “għall-konvenjenza ġeografika u biex tipprova ma tiġbidx l-attenzjoni.”

Dortmund illum taw permess lil Haaland biex jieħu ħsieb “affarijiet personali” wara li ma kellhomx sessjoni ta’ taħriġ.

U huwa mifhum li vvjaġġa lejn il-Belġju kmieni t-Tnejn filgħodu mingħajr ħafna pompa qabel mar lura l-Ġermanja llum wara nofsinhar.

L-Isptar Erasmus fis-subborgi ta’ Brussell hu maħsub li kien l-isptar fejn saru t-testijiet mediċi.

It-termini personali bejn Haaland u City ġew miftiehma x-xahar li għadda, biż-żagħżugħ se jkun qed jaqla’ somma ta’ £500,000 fil-ġimgħa fl-Etihad Stadium.

It-team ta’ Pep Guardiola se jkun qed jattiva l-klawsola ta’ release tiegħu ta’ £64 miljun.

Haaland skorja 85 goal fi 88 dehra għall-ġganti tal-Bundesliga li għamluh wieħed mill-ismijiet l-aktar imfittxija fil-football dinji.

Issa huwa lest li jimxi fuq il-passi ta’ missieru, Alf Inge, billi jilbes il-kuluri blu u ċelesti ta’ Manchester City.

Sport