L-attakkant internazzjonali Norveġiż, Erling Haaland, sar l-iktar player veloċi li skorja 20 goals fil-Premier League met skorja doppjetta hekk kif Manchester City għelbu lil Leeds United bl-iskor ta’ 3-1 biex naqqsu l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal erba’ punti mil-leaders Arsena.
Peró fl-ewwel taqsima, is-City dehru frustrati meta sabu quddiemhom team determinanti li ma ċediex pulzier … sakemm fil-ħin miżjud Leeds ċedew biex Rodri fetaħ l-iskor għas-Citizens.
Ironikament, Haaland kien qed jilgħab kontra t-team tal-belt fejn twieled, meta missieru kien Alfie kien jilgħab ma’ Leeds United.
Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Haaland irdoppja meta kkonkluda mill-assist ta’ Jack Grealish.
L-istess Grealish kien strumentali meta fl-64 minuta għadda lejn Haaland li aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-coach, Pep Guardiola.
U minkejja li fit-73 minuta, Pascal Struijk, skorja bir-ras għal Leeds minn azzjoni ta’ corner, Manchester City kienu fil-kontroll tal-logħba.