Saturday, May 4, 2024

“L-irwejjaħ li qed jiġġenera l-impjant tat-tonn huma kkontrollati”

Dr Charlon Gouder – Kap Eżekuttiv ta’ Aquaculture Resources Ltd.

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum, il-ġurnalisti kienu mistiedna biex iżuru l-impjant il-ġdid li jipproċessa l-fdalijiet tat-tonn f’Birżebbuġa f’ikel u żejt ta’ kwalità. U fi kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ Aquaculture Resources Ltd, Dr Charlon Gouder, kwalunkwe residenti ta’ Birżebbuġa li jemmen li impjant ġdid tar-riċiklaġġ tat-tonn qed jikkawża irwejjaħ ħżiena, għandu jżur il-fabbrika u jevalwa dan b’imnifsejh huwa stess.

Dr Gouder qal li l-impjant ta’ Ħal Far mhu responsabbli għall-ebda irwejjaħ fl-inħawi u li l-ispetturi qatt ma kienu rrappurtaw riħa f’ebda waħda mis-60 spezzjoni tagħhom minn Ottubru.

Il-fabbrika hija mħaddma minn Aquaculture Resources Limited, kumpanija mwaqqfa b’mod konġunt mill-akbar ranchers tat-tonn ta’ Malta biex tipproċessa tonn żejjed f’ingredjenti li jistgħu jinbiegħu mal-esportazzjoni.

Fl-aħħar jiem, attivisti u residenti f’Birzebbugia kienu lmentaw li “riħa insopportabbli,” kienet ħakmet lil Birżebbuġa u l-qasam industrijali ta’ Ħal Far minn meta bdiet topera l-fabbrika.

Wara ġimgħat ta’ tensjoni, fil-jiem li għaddew, id-dimostranti niżlu fit-toroq ta’ Birżebbuġa biex jesprimu d-diżgwid tagħhom u jitolbu li l-impjant jingħalaq sakemm tinstab soluzzjoni għar-riħa.

Intant, dan il-ġurnal proprju lbieraħ dar dawra mal-fabbrika, hekk kif il-makkinarju tagħha għall-ipproċessar tat-tonn kien qed jaħdem b’mod sħiħ.

“Minn ftaħna l-impjant f’Ottubru, kellna 60 spezzjoni ambjentali mill-Awtorità tar-Riżorsi Ambjentali, u qatt ma xammew irwejjaħ mhux pjaċevoli,” qal Gouder.

L-impjant tal-ipproċessar jibdel il-biċċiet tat-tonn li ma jittiklux mill-bnedmin f’ingredjenti użati fl-ikel tal-annimali domestiċi, l-ikel tal-ħut u ż-żejt tal-ħut. L-ebda parti mit-tonn, inkluż l-ilma estratt fil-proċess, ma tintrema, huwa qal.

Huwa qal biss l-ilma użat għat-tindif jintrema. Madankollu, l-ilma jiġi ttrattat minn qabel.

Qabel il-ftuħ tal irjus tat-tonn, imsaren u partijiet oħra li ma nbigħux kienu jintefgħu fil-baħar mili ‘l bogħod mill-kosta. Dan m’għadux permess, qal Gouder.

Fil-fabbrika hemm żewġ ċmieni separati: waħda toħroġ arja minn ġewwa l-magni, filwaqt li l-oħra toħroġ l-arja mill-bini nnifsu. Iċ-ċmieni jiffiltraw l-arja billi jużaw raġġi UV, karbonju u ożonu.

Meta wieħed joqgħod madwar metru miċ-ċmieni, kien hemm riħa ħafifa simili għal dik tal-ikel tal-qtates. Ir-riħa iżda ma setgħetx tinxtamm minn madwar tliet metri bogħod.

Intant, f’kummenti li Charlon Gouder innifsu għadda lil dan il-ġurnal, huwa qal li: “Kif il-ġurnalisti kellhom opportunitá illi jsegwu, dan l-impjant illi jipproċessa fish meal u fish oil mill-fdalijiet tal-ħut, mhuwiex il-każ li qed jarmi irwejjaħ li huma insapportabbli. L-irwejjaħ li qed jarmi dan l-impjant minn ġewwa l-kumpless tiegħu illhom qed jiġu trattati biex dak li joħroġ fl-arja ikun arja li huwa ta’ livell skont il-parametri u l-obbligi ambjentali tagħna.”

“Iva, bla dubju l-impjant ġewwa jikkawża ċerti rwejjaħ imma dawn huma kkontrollati u taħt l-ebda ċirkostanza u fl-ebda waqt, m’huma qed joħorġu barra. Sintendi, dan huwa impjant li qed jipproċessa l-fdalijiet tal-ħut u allura bħal kull impjant ieħor ikollu l-proċessi tiegħu imma l-iktar importanti li huwa mgħammar bl-aqwa tagħmir possibbli.”

Sport