Monday, July 13, 2026
Home Sport Erling Haaland jingħaqad ma’ Manchester City b’mod uffiċjali

Erling Haaland jingħaqad ma’ Manchester City b’mod uffiċjali

0
713
Ritratt: Manchester City FC (Getty Images)

Manchester City ħabbru li huma akkwistaw il-firma tal-attakkant internazzjonali Norveġiż, Erling Haaland, mingħand Borussia Dortmund.

Huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin fejn mistenni jkollu salarju ta’ £350,000 fil-ġimgħa.

Is-Citizens ħallsu £51.2 miljuni għas-servizzi tiegħu.