Monday, November 16, 2026
Home Sport Erling Haaland jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid fl-2027

Erling Haaland jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid fl-2027

0
40

Real Madrid qed iħejju ruħhom għal offerta possibbli għall-attakkant Erling Haaland fis-sajf tal-2027, bil-player Norveġiż meqjus bħala mira importanti għall-club Spanjol.

Skont rapporti, Real Madrid u Barcelona qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tal-attakkant ta’ Manchester City, iżda l-club mill-kapitali Spanjola jidher partikolarment interessat li jakkwista s-servizzi tiegħu.

Haaland, li ngħaqad ma’ City mingħand Borussia Dortmund fl-2022, stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa skorers fid-dinja.

Madankollu, il-player għandu kuntratt mas-City sal-2034 u għadu ma ddikjarax li jrid jitlaq iżda minħabba l-akkużi ta’ problemi finanzjarji jista’ wkoll itemm dan il-kuntratt.

Sħubija bejn Haaland u Kylian Mbappé f’Real Madrid tista’ toħloq wieħed mill-aktar attakki formidabbli fil-football Ewropew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here