L-aġent tal-attakkant internazzjonali Norveġiż, Erling Haaland, sostniet b’mod sensazzjonali li l-klijent tagħhom jista’ jkun l-ewwel trasferiment li jiswa £1 biljun.
Haaland ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Borussia Dortmund għas-somma ta’ £50 miljun matul is-sajf li għadda u diġà skorja 20 goals fil-kompetizzjonijiet kollha.
Haaland, li għad għandu biss 22 sena, għandu karriera twila quddiemu u jidher li se jkun il-player tal-futur hekk kif jidher li dak kollu li jmiss qed isirlu deheb.
Waqt intervista, Pimenta qalet li jekk wieħed jgħaqqad il-valur ta’ Haaland li jinkludi dak tal-football, tal-immaġini tiegħu u tal-isponsor tiegħu, żgur li jiswa £1 biljun.
“Għaldaqstant naħseb li Erling se jkun l-ewwel player li se jkun trasferit għal £1 biljun.”