Erskine Vella sar il-president il-ġdid tal-Birgu Regatta Club, hekk kif il-klabb qed jidħol f’era ġdida qabel il-kompetizzjonijiet tar-regatta li jmiss.
Erskine, li huwa mill-Birgu, serva bħala president ta’ Vittoriosa Stars – il-klabb tal-futbol tal-Birgu – fi żmien meta t-tim kiseb żewġ promozzjonijiet għall-Malta Premier League.
Il-Birgu Regatta Club laqa’ lil Erskine b’entużjażmu u awguralu kull suċċess fil-ħidma tiegħu bħala president tal-klabb tar-regatta.




