Friday, December 13, 2024

Esperjenza ta’ xogħol għaż-żgħażagħ Għawdxin

Titnieda l-Work Trial Scheme For Youths… L-għan huwa esperjenza fid-dinja tax-xogħol

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, għal sena oħra nieda l-iskema “Work Trial Scheme For Youths” intiża għaż-żgħażagħ u għall-istudenti Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena biex dan is-sajf ikollhom opportunità li jesperjenzaw id-dinja tax-xogħol ma’ entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Il-Work Trial Scheme for Youths hija skema tal-Ministeru għal Għawdex li għandha l-għan li tintroduċi liż-żgħażagħ, kif ukoll studenti, fid-dinja tax-xogħol u tgħinhom ukoll fl-għażla tal-karriera tagħhom. Dawn iż-żgħażagħ se jkollhom l-opportunità li jintegraw u jesploraw id-dinja tax-xogħol, biex b’hekk jiksbu l-esperjenza meħtieġa għall-futur tagħhom.

 Il-Ministru Camilleri spjega li, “l-istudenti jistgħu jaħdmu kemm mal-privat, kif ukoll ma’ għaqdiet volontarji biex b’hekk jiżdiedu l-valuri tal-ħidma, tar-rispett u tas-solidarjetà. Din l-iskema, li ġiet introdotta ħames snin ilu, dejjem baqgħet tittejjeb hekk kif il-Ministeru ta widen kemm liż-żgħażagħ li pparteċipaw, kif ukoll lil dawk l-entitajiet li ngaġġawhom. Permezz tagħha l-istudenti se jkollhom qligħ ta’ €100 fil-ġimgħa b’total ta’ €500 f’ħames ġimgħat”. 

L-iskema tibda mit-Tnejn, 7 ta’ Awwissu u tkompli sal-Ħamis, 7 ta’ Settembru. Kull min huwa interessat li jipparteċipa jista’ jissottometti l-applikazzjoni tiegħu  bejn it-Tnejn 3 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 7 ta’ Lulju sa nofsinhar.
L-applikazzjoni tinsab online fuq is-sit https://ministryforgozo.gov.mt/en/Pages/eForms/worktrialschemeyouths.aspx jew mill-mobile app ‘mygozo’.

Ekonomija

Sport