Tuesday, May 14, 2024

“Jiġu mumenti li ngħid ara fiex erġajt ġibt lili nnifsi”

Neil Agius 24 siegħa oħra jibda jgħum 160 kilometru

Aqra wkoll

“Xi kultant ngħid dak li se nagħmel hija xi ħaġa tajba… iżda f’mumenti oħrajn ngħid ara fiex erġajt ġibt lili nnifsi,” hekk stqarr Neil Agius hekk kif 24 siegħa oħra se jibda jgħum 100 mil.

Hu stqarr li jinsab kurjuż x’se toffri din l-isfida u kif hu flimkien mat-tim tiegħu se jirreaġixxu għas-sitwazzjonijiet li se jkollhom quddiemhom. Qal li hu flimkien mat-tim jinsabu lesti għal din l-isfida.

Neil Agius se jkun qiegħed jipprova jikser rekord dinji li bħalissa qiegħed f’idejh stess meta se jipprova jgħum 160 kilometru minn Mallorca għal Ibiza.

Din hija sfida kbira li s’issa l-ebda persuna fid-dinja qatt ma għamel. Fil-passat Neil diġà kiser diversi rekords.

L-għan wara dan l-isfidi hu li titqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis li hemm fil-baħar u anke t-tibdil fil-klima.

Sport