Thursday, May 2, 2024

Jitwaqqfu 9 rekords nazzjonali minn ‘St Nicholas Fireworks Factory’ fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija fis-Siġġiewi twaqqfu 9 rekords nazzjonali minn ‘St Nicholas Fireworks Factory’. Ir-rekords li twaqqfu huma:

  1. Tapit tan-nar tal-art li jikkonsisti f’9 arbli (antarjoli).
    REKORD: L-ikbar ammont ta’ qlib ta’ kuluri, total ta’ 9 kuluri differenti.
  2. Raddiena diġitali li tifforma disinji bid-dwal, b’total ta’ 20,000 LEDs.
    REKORD: Raddiena totalment diġitali li tifforma disinji bid-dwal, animazzjoni u vidjos.
  3. Biċċa tal-art f’forma ta’ ċirku, magħmula minn 25 funtana li mill-istess skartoċċ tal-funtana se taqleb minn kulur għal ieħor.
    REKORD: Biċċa tal-art, b’total ta’ 25 funtana, li minn kull funtana se jaqilbu 10 kuluri differenti.
  4. Biċċa tal-art li tikkonsisti f’salib statiku biċ-ċrieki li minnhom joħorġu kuluri li jiġru minn naħa għal oħra (running lights).
    REKORD: Salib statiku biċ-ċrieki li se jkun fihom 400 gass tal-kulur li se joħloq disinn ta’ kuluri li jimxu minn naħa għal oħra.
  5. Raddiena rettangolari, b’qisien ta’ 4.5 metri b’4 metri, li se jkollha 4000 gass tal-kulur.
    REKORD: Raddiena bl-akbar ammont ta’ gassijiet li se joħolqu disinn billi jmexxu bil-kulur.
  6. Raddiena universal mekkanizzata li se jkun fiha l-4 disinji tal-logħba tal-karti (qalb, dinari, fjura u spada). Din taqleb minn disinn għal ieħor kull 12-il sekonda.
    REKORD: Raddiena mekkanizzata li taħdem bil-gass tat-tifi.
  7. Raddiena mekkanizzata u fin-nofs hemm stilla bi 8 ponot.
    REKORD: Raddiena mekkanizzata u fin-nofs hemm stilla bi 8 ponot, f’kull ponta se jkun hemm running lights (kuluri tal-gass li se jaqilbu minn kulur għal ieħor għal 16-il darba).
  8. Raddiena tas-sfafar
    REKORD: L-akbar ammont ta’ sfafar fl-istess ħarqa, madwar 3000 suffara.
  9. Rekord tal-ikbar ammont ta’ rekords magħmula fl-inqas ħin.

Sport