Tuesday, December 24, 2024

Esperjenza unika għall-judokas li jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport fil-Ġappun

Aqra wkoll

Bidu ta’ diskussjonijiet ma’ waħda mill-aqwa Universitajiet għall-kampijiet ta’ taħriġ futuri

Tliet studenti tal-Judo li jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport jinsabu l-Ġappun jitħarrġu ma’ wħud minn l-aqwa atleti żgħar f’dan l-isport f’Heisei International University f’Saitama viċin Tokyo. L-Iskola Nazzjonali tal-Isport taħt it-tmexxija ta’ Robert Magro qed tkun proattivà fil-kampijiet ta’ taħriġ barra mill-pajjiż. Dan kien l-ewwel wieħed barra minn l-Ewropa u propju fil-pajjiż minn fejn oriġina l-isport tal-Judo.

Fil-Ġappun, l-arti marzjali hija dixxiplina fejn it-tfal kollha jibdew jesperjenzawha minn età żgħira fl-iskejjel kollha għalhekk jibqa Sport b’saħħtu iżjed f’dan il-pajjiż. Intant dawn it-tliet Judokas kellhom opportunità jitħarrġu wkoll fil-Kodokan f’Tokyo minn fejn kien beda dan l-isport. Dawn żaru wkoll diversi skejjel tal-Judo u kellhom iċ-ċans ukoll jitħarrġu ma’ atleti ta’ livell mondjali.

It-tim kellu ċ-ċans ukoll iżur l-ambaxxatur għal Malta fil-Ġappun Andre Spiteri fejn saħansitra laqagħhom fl-ambaxxata f’Tokyo. L-iskola Nazzjonali tal-Isport qeda f’taħdidiet mal-Università ta’ Heisei sabiex ir-relazzjoni tibqa attiva u mhux biss l-atleti maltin jieħdu din l-esperjenza fl-isport fil-Ġappun imma anke atleti Ġappuniżi jkollhom il-possibilità li jiġu Malta u jgawdu minn opportunitajiet diversi.

Ekonomija

Sport