Sunday, December 22, 2024

Espert ibassar li t-tfal, tat-tfal, tat-tfal se jibqgħu jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħafna huma dawk li qegħdin iħarsu ’l quddiem lejn il-ħajja li konna mdorrijin ngħixu qabel il-pandemija. Mhux l-istess qiegħed jingħad minn wieħed mill-esperti li qiegħed ibassar sitwazzjoni l-kuntrarju ta’ din ix-xewqa.

L-Epidemoloġista Dr.Gregory Poland qiegħed ibassar li l-infezzjonijiet tal-pandemija se jibqgħu jinfirxu sas-seklu li ġej.

Minkejja esperti oħra minn madwar id-dinja li qegħdin jimxu fuq l-ipoteżi li l-varjant tal-Omicron se jkun qiegħed jara tranżizzjoni fl-infezzjoni tal-virus minn pandemija għal endemija li se tkun aktar kontrollata, Poland mhuwiex tal-istess opinjoni u sostna li “m’aħniex se neqirdu l-virus kompletament”.

Poland innota li l-virus infirex ukoll fl-annimali u dan jindika li se jkompli bil-mutazzjonijiet u jinfirex għal perjodu indefinit.

Poland sostna li għalkemm hawn min ma jinżillux dak li qiegħed ibassar hu, anke jekk ma jistax jingħata raġun għax sa dak iż-żmien jilħaq imut, it-tfal, tat-tfal, tat-tfal, tat-tfal tagħna se jibqgħu jitlaqqmu kontra l-virus.

Biex isaħħaħ l-argument tiegħu huwa fakkar lil dawk li tlaqqmu kontra l-influwenza li oriġinat minn varjat li lura fl-1918 kkawża pandemija.

Ekonomija

Sport