Sunday, December 22, 2024

Espert jitkellem dwar il-ħin ideali biex torqod u tqum

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja li kulħadd għandu l-karattru tiegħu fejn fost tipi differenti hemm dawk li jbakkru biex jorqdu u dawk li jibqgħu jitlajjaw sa tard bil-lejl, huwa fatt li għal saħħitna huwa integral li nistrieħu.

Skont l-esperti jidher li m’hemmx ħin speċifiku ta’ x’ħin norqdu sakemm dak li jkun jirnexxielu jgħaqqad is-sigħat rakkomandati biex ikun jista’ jqum għal ġurnata ġdida. Dan jista’ jsir faċilment billi persuna tippjana x’ħin trid tqum u sempliċiment tmur b’lura għal bejn seba’ u disa’ sigħat. L-espert Ryan Thaker jispjega li dawk bejn it-18 u l-65 sena jeħtieġ li jistrieħu dan l-ammont ta’ sigħat kull lejl.

Dan il-perjodu jvarja skont l-impjieg tal-persuna u jelabora li xi ħadd li jagħmel xogħol iebes u li jinkludi ħafna tbatija u moviment ma jistax jitkejjel bl-istess rutella ma’ xi ħadd li xogħlu hu biss li joqgħod bilqiegħda wara skrivanija.

Thaker iwissi dwar l-isleep inertia li hija t-telqa ta’ wara li tqum u li din tista’ faċilment tibqa’ miegħek sa siegħa u nofs wara li tiftaħ għajnejk. Huwa jispjega li skont riċerka li saret dawk li jsuqu lejn jew mix-xogħol għandhom 20 darba aktar ċans li tmur għajnhom bihom fuq l-isteering fis-6:00 a.m milli fl-10:00 p.m. Dwar dan il-fatt, l-espert jissuġġerixxi li kull persuna tagħmel l-iżveljarin madwar siegħa u nofs qabel jirkbu biex isuqu. F’każ ta’ persuni lij atħdmu mid-dar, huwa jissuġġerixxi li dawn ukoll iqumu qabel biex ma jibdewx il-ħidma nofshom imċajprin. Bħala suġġeriment għal dawk li m’għandhomx daqstant ħin, huwa jissuġġerxxi li dawn jisimgħu mużika li jafu l-lirika tagħha biex il-moħħ ikun jista’ jsegwi mingħajr distrazzjoni.

Għal dawk li jħobbu l-eżerċizzju huwa jissuġġerixxi li dan isir qabel ix-xogħol u mhux wara minħabba li l-eżerċizzju fiżiku jgħin fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm lejn il-moħħ b’tali modd li jnaqqas l-istress u jgħinek tkun aktar fuq tiegħek.

Ekonomija

Sport