Saturday, November 23, 2024

Espert tas-saħħa b’missjoni biex iġib fis-suq mediċina li tgħin fil-kanċer minflok il-kimoterapija

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, Jacques Neefjes, Olandiż li huwa espert fil-qasam tas-saħħa kien fuq missjoni biex iġib lura fis-suq tas-saħħa globali, mediċina kontra l-kanċer, li kienet ilha mhix disponibbli fl-Ewropa sa mill-2004. 

Huwa kien għamel riċerka kbira fuq l-istess mediċina. Tant, li meta ġie mistoqsi dwar x’jaħseb fuq l-istess mediċina, huwa kien qal li għadu sa issa jiskanta kif mediċina li għenet tant nies ifiequ mill-kanċer tneħħiet mis-suq.  

L-aħħar riċerka illi għamel sab illi din il-mediċina li tiġi referuta bħala ‘aclarubicin’, tista ttejjeb il-kundizzjoni tas-saħħa b’persuni bil-lukemia u li hija fost l-aqwa minn tipi oħra ta’ kimoterapija. Neefjes ikkalkula li kieku din kienet disponibbli fl-Ewropa għal dawn l-aħħar għoxrin sena. setgħet tgn madwar 10,000 ruħ. 

Minkejja li l-matematika tidher sempliċi, it-triq tar-riċerka li qed iwettaq Neefjes hija iebsa mhux ħażin. Din ma qatgħetlux qalbu lil Jacques, hekk kif fit-tentattivi tiegħu biex jerġa’ jġib din il-mediċina, huwa ddaħħal ammonti żgħar miċ-Ċina. Huwa rnexxielu jsib ukoll kampjuni qodma fi friża ġewwa l-Fillandja. 

Sport